REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/403
Klassifikazzjoni Ewropea tal-ksur fit-trasport bit-triq: l-erba' livelli ta' serjetà
tat-18 ta' Marzu 2016
Ir-Regolament (UE) 2016/403 jagħti lil kull ksur livell ta' serjetà. Din il-paġna tirriproduċi t-tabelli tiegħu fil-verżjoni Maltija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għaliex din il-klassifikazzjoni tgħodd għax-xufier
Ksur mhuwiex biss multa. Il-livell li jiġi rreġistrat jiżen fuq ir-reputazzjoni tajba tal-impriża: tliet ksur serju għal kull xufier fis-sena jgħoddu bħala ksur serju ħafna wieħed, u l-ksur serju ħafna ripetut jiftaħ proċedura nazzjonali li tista' tiswa l-liċenzja. Fuq liema naħa ta' limitu tinsab, mela, mhuwiex dettall għall-avukati.
Il-limiti huma f'ċifri u huma stretti. Għaxar minuti sewqan żejda jgħadduk minn livell għall-ieħor mingħajr twissija: it-tabelli hawn taħt jgħidu eżattament fejn jaqgħu l-linji.
L-erba' livelli, kif isemmihom ir-Regolament
Definizzjonijiet meħuda min-nota ta' qiegħ it-tabella f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
Kif taqra t-tabelli
Kull ringiela hija ksur wieħed, bil-bażi ġuridika tiegħu u, meta r-Regolament jistabbilixxih, bil-limitu f'ċifri li jiddeċiedi l-livell. Il-limiti huma kkupjati kif inhuma miktuba: „9 h < … < 10 h” jeskludi disa' sigħat eżatti, filwaqt li „10 h ≤ … < 11 h” jinkludi l-għaxar sigħat. Is-salib tat-test uffiċjali jsir hawn it-tikketta tal-livell, fl-aħħar tar-ringiela.
Żball fit-test uffiċjali
Fil-verżjoni Maltija, l-intestatura ta' din it-tabella tirrepeti „KS” fejn it-tlettax l-oħra jiktbu „KSĦ”. It-taqsiriet imqiegħda hawn huma dawk tal-bqija tar-Regolament.
ANNESS III
Dan l-anness jissostitwixxi l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE: hija l-gradilja tal-kontroll fit-triq. Iżid il-livell minuri u jqassam il-limiti f'faxex.
1. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS / KM | |
|---|---|---|---|---|
| A Ekwipaġġ | ||||
| A1 | Art. 5.1 | Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi | KS | |
| B Perjodi ta' sewqan | ||||
| B1 | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat | 9s < … < 10s | KM |
| B2 | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat | 10s ≤ … < 11s | KS |
| B3 | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat | 11s ≤ … | KSĦ |
| B4 | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat | 13s30 ≤ … u l-ebda brejk/serħan | KAS |
| B5 | Art. 6.1 | Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa | 10s < … < 11s | KM |
| B6 | Art. 6.1 | Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa | 11s ≤ … < 12s | KS |
| B7 | Art. 6.1 | Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa | 12s ≤ … X | KSĦ |
| B8 | Art. 6.1 | Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat | 15s ≤ … u l-ebda brejk/serħan | KAS |
| B9 | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa | 56s < … < 60s | KM |
| B10 | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa | 60s ≤ … < 65s | KS |
| B11 | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa | 65s ≤ … < 70s | KSĦ |
| B12 | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar | 70s ≤ … | KAS |
| B13 | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi | 90s < … < 100s | KM |
| B14 | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi | 100s ≤ … < 105s | KS |
| B15 | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi | 100s ≤ … < 112s30 | KSĦ |
| B16 | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar | 112s30 ≤ … | KAS |
| C Brejks | ||||
| C1 | Art. 7 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk | 4s30 < … < 5s | KM |
| C2 | Art. 7 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk | 5s ≤ … < 6s | KS |
| C3 | Art. 7 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk | 6s ≤ … | KSĦ |
| D Perjodi ta' Serħan | ||||
| D1 | Art. 8.2 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum | 10s ≤ … < 11s | KM |
| D2 | Art. 8.2 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum | 8s30 ≤ … < 10s | KS |
| D3 | Art. 8.2 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum | … < 8s30 | KSĦ |
| D4 | Art. 8.2 | Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess | 8s ≤ … < 9s | KM |
| D5 | Art. 8.2 | Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess | 7s ≤ … < 8s | KS |
| D6 | Art. 8.2 | Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess | … < 7s | KSĦ |
| D7 | Art. 8.2 | Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s | 3s + [8s ≤ … < 9s] | KM |
| D8 | Art. 8.2 | Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s | 3s + [7s ≤ … < 8s] | KS |
| D9 | Art. 8.2 | Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s | 3s +[ … < 7s] | KSĦ |
| D10 | Art. 8.5 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed | 8s ≤ … < 9s | KM |
| D11 | Art. 8.5 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed | 7s ≤ … < 8s | KS |
| D12 | Art. 8.5 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed | … < 7s | KSĦ |
| D13 | Art. 8.6 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa | 22s ≤ … < 24s | KM |
| D14 | Art. 8.6 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa | 20s ≤ … < 22s | KS |
| D15 | Art. 8.6 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa | … < 20s | KSĦ |
| D16 | Art. 8.6 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa | 42s ≤ … < 45s | KM |
| D17 | Art. 8.6 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa | 36s ≤ … < 42s | KS |
| D18 | Art. 8.6 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa | … < 36s | KSĦ |
| D19 | Art. 8.6 | Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | … < 3s | KM |
| D20 | Art. 8.6 | Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 3s ≤ … < 12s | KS |
| D21 | Art. 8.6 | Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 12s ≤ … | KSĦ |
| E Deroga mir-regola ta' 12-il jum | ||||
| E1 | Art. 8.6a | Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | … < 3s | KM |
| E2 | Art. 8.6a | Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 3s ≤ … < 12s | KS |
| E3 | Art. 8.6a | Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 12s ≤ … X | KSĦ |
| E4 | Art. 8.6a (b)(ii) | Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa | 65s < … ≤ 67s | KS |
| E5 | Art. 8.6a (b)(ii) | Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa | … ≤ 65s | KSĦ |
| E6 | Art. 8.6a (d) | Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed | 3s < … < 4,5s | KS |
| E7 | Art. 8.6a (d) | Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed | 4,5s ≤ … | KSĦ |
| F Organizzazzjoni tax-xogħol X29. | ||||
| F1 | Art. 10.1 | Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati | KSĦ | |
| F2 | Art. 10.2 | L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi | KSĦ | |
2. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Prlament Ewropew utal-Kunsill (2) (Takografu)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS / KM |
|---|---|---|---|
| G Installazzjoni ta' takografu | |||
| G1 | Artikoli 3.1 u 22.2 | Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni) | KAS |
| H Użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni | |||
| H1 | Art. 23.1 | L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn kumpanija approvata | KSĦ |
| H2 | Art. 27 | Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida | KSĦ |
| H3 | Art. 27 | Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) | KAS |
| H4 | Art. 27 | Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) | KAS |
| H5 | Art. 27 | Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) | KAS |
| H6 | Art. 32.1 | Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb) | KSĦ |
| H7 | Artikoli 32.1 u 33.1 | Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.) | KSĦ |
| H8 | Art. 32.3 | L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu | KAS |
| H9 | Art. 32.3 | Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq | KAS |
| H10 | Art. 33.2 | L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel | KSĦ |
| H11 | Art. 33.2 | Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena | KSĦ |
| H12 | Art. 34.1 | Il-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin | KSĦ |
| H13 | Art. 34.1 | Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti | KSĦ |
| H14 | Art. 34.1 | Tintuża folja ta' reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta | KSĦ |
| H15 | Art. 34.2 | Jintużaw folji ta' reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli | KSĦ |
| H16 | Art. 34.3 | Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ | KSĦ |
| H17 | Art. 34.4 | Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed) | KS |
| H18 | Art. 34.5 | Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin | KSĦ |
| I Preżentazzjoni tal-informazzjoni | |||
| I1 | Art. 36 | Rifjut li ssir verifika | KSĦ |
| I2 | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti | KSĦ |
| I3 | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda | KSĦ |
| I4 | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti | KSĦ |
| I5 | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda | KSĦ |
| J Funzjonament ħażin | |||
| J1 | Artikoli 37.1 u 22.1 | Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati | KSĦ |
| J2 | Art. 37.2 | Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin | KSĦ |
ANNESS I — Kategorizzazzjoni ta' ksur serju
Dan l-anness iservi biex tiġi vvalutata r-reputazzjoni tajba tat-trasportatur. Ma fihx livell minuri: ksur minuri ma jiżinx fuq il-liċenzja.
It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta' ksur serju tar-regoli tal-UE tat-trasport bit-triq kummerċjali, maqsuma fi tliet kategoriji ta' gradi ta' serjetà skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi.
1. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u taql-Kunsill (1) (Ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS | |
|---|---|---|---|---|
| Ekwipaġġ | ||||
| 1. | Art. 5.1 | Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi | KS | |
| Perjodi ta' sewqan | ||||
| 2. | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat | 10s ≤ … < 11s | KS |
| 3. | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat | 11s ≤ … | KSĦ |
| 4. | Art. 6.1 | Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr kwalunkwe mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat | 13s30 ≤ … u l-ebda brejk/serħan | KAS |
| 5. | Art. 6.1 | Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa meta l-estensjoni hija permessa | 11s ≤ … < 12s | KS |
| 6. | Art. 6.1 | Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa meta l-estensjoni hija permessa | 12s ≤ … | KSĦ |
| 7. | Art. 6.1 | Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat | 15s ≤ … u l-ebda brejk/serħan | KAS |
| 8. | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa | 60s ≤ … < 65s | KS |
| 9. | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa | 65s ≤ … < 70 | KSĦ |
| 10. | Art. 6.2 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar | 70s ≤ … | KAS |
| 11. | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi | 100s ≤ … < 105s | KS |
| 12. | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi | 100s ≤ … < 112s30 | KSĦ |
| 13. | Art. 6.3 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar | 112s30 ≤ … | KAS |
| Brejks | ||||
| 14. | Art. 7 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk | 5s ≤ … < 6s | KS |
| 15. | Art. 7 | Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk | 6s ≤ … | KSĦ |
| Perjodi ta' Serħan | ||||
| 16. | Art. 8.2 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum | 8s30 ≤ … < 10s | KS |
| 17. | Art. 8.2 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum | … < 8s30 | KSĦ |
| 18. | Art. 8.2 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess | 7s ≤ … < 8s | KS |
| 19. | Art. 8.2 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess | … < 7s | KSĦ |
| 20. | Art. 8.2 | Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s | 3s + [7s ≤ … < 8s] | KS |
| 21. | Art. 8.2 | Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s | 3s + [… < 7s] | KSĦ |
| 22. | Art. 8.5 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed | 7s ≤ … < 8s | KS |
| 23. | Art. 8.5 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed | … < 7s | KSĦ |
| 24. | Art. 8.6 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa | 20s ≤ … < 22s | KS |
| 25. | Art. 8.6 | Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa | … < 20s | KSĦ |
| 26. | Art. 8.6 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa | 36s ≤ … < 42s | KS |
| 27. | Art. 8.6 | Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa | … < 36s | KSĦ |
| 28 | Art. 8.6 | Aktar minn sitt (6) perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 3s ≤ … < 12s | KS |
| 28 | Art. 8.6 | Aktar minn sitt (6) perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 12s ≤ … | KSĦ |
| Deroga mir-regola ta' 12-il jum | ||||
| 29. | Art. 8.6a | Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 3s ≤ … < 12s | KS |
| 29. | Art. 8.6a | Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa | 12s ≤ … | KSĦ |
| 30. | Art. 8.6 a (b)(ii) | Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa | 65s < … ≤ 67s | KS |
| 30. | Art. 8.6 a (b)(ii) | Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa | … ≤ 65s | KSĦ |
| 31. | Art. 8.6 a (d) | Perjodu ta' sewqan, bejn l-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed | 3s < … < 4,5s | KS |
| 31. | Art. 8.6 a (d) | Perjodu ta' sewqan, bejn l-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed | 4,5s ≤ … | KSĦ |
| Organizzazzjoni tax-xogħol | ||||
| 32. | Art. 10.1 | Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati | KSĦ | |
| 33. | Art. 10.2 | L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi | KSĦ | |
2. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (Takografu)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| L-installazzjoni ta' takografu | |||
| 1. | Artikoli 3.1 u 22 | Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni) | KAS |
| Użu tat-takografu, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni | |||
| 2. | Art. 23.1 | L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat | KSĦ |
| 3. | Art. 27 | Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida | KSĦ |
| 4. | Art. 27 | Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) | KAS |
| 5. | Art. 27 | Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) | KAS |
| 6. | Art. 27 | Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) | KAS |
| 7. | Art. 32.1 | Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb) | KSĦ |
| 8. | Artikoli 32.1 u 33.1 | Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.) | KSĦ |
| 9. | Art. 32.3 | L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu | KAS |
| 10. | Art. 32.3 | Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq | KAS |
| 11. | Art. 33.2 | L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel | KSĦ |
| 12. | Art. 33.2 | Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena | KSĦ |
| 13. | Art. 34.1 | Il-folji tar-reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin | KSĦ |
| 14. | Art. 34.1 | Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti | KSĦ |
| 15. | Art. 34.1 | Tintuża folja tar-reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta | KSĦ |
| 16. | Art. 34.2 | Jintużaw folji tar-reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli | KSĦ |
| 17. | Art. 34.3 | Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ | KSĦ |
| 18. | Art. 34.4 | Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed) | KS |
| 19. | Art. 34.5 | Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin | KSĦ |
| Preżentazzjoni tal-informazzjoni | |||
| 20. | Art. 36 | Rifjut li ssir verifika | KSĦ |
| 21. | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti | KSĦ |
| 22. | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda | KSĦ |
| 23. | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti | KSĦ |
| 24. | Art. 36 | Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda | KSĦ |
| Funzjonament ħażin | |||
| 25. | Artikoli 37.1 u 22.1 | Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati | KSĦ |
| 26. | Art. 37.2 | Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin | KSĦ |
3. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KEE) Nru 2002/15/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (Ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS | |
|---|---|---|---|---|
| Ħin tax-xogħol massimu matul il-ġimgha | ||||
| 1. | Art. 4 | Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 48 siegħa fil-ġimgħa meta l-possibbiltajiet għal estensjoni għal 60s diġà ġew eżawriti | 56s ≤ …< 60s | KS |
| 2. | Art. 4 | Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 48 siegħa fil-ġimgħa meta l-possibbiltajiet għal estensjoni għal 60s diġà ġew eżawriti | 60s ≤ … | KSĦ |
| 3. | Art. 4 | Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 60 siegħa fil-ġimgħa meta ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8 | 65 ≤ … < 70s | KS |
| 4. | Art. 4 | Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 60 siegħa fil-ġimgħa meta ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8 | 70s ≤ … | KSĦ |
| Brejks | ||||
| 5. | Art. 5.1 | Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' bejn 6 u 9 sigħat | 10 < … ≤ 20 min | KS |
| 6. | Art. 5.1 | Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' bejn 6 u 9 sigħat | … ≤ 10 min | KSĦ |
| 7. | Art. 5.1 | Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' aktar minn 9 sigħat | 20 < … ≤ 30min | KS |
| 8. | Art. 5.1 | Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' aktar minn 9 sigħat | … ≤ 20 min | KSĦ |
| Xogħol ta' billejl | ||||
| 9. | Art. 7.1 | Ħin tax-xogħol ta' kuljum f'kull 24s meta jitwettaq ix-xogħol ta' billejl jekk ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8 | 11s ≤ … < 13s | KS |
| 10. | Art. 7.1 | Ħin tax-xogħol ta' kuljum f'kull 24s meta jitwettaq ix-xogħol ta' billejl jekk ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8 | 13s < … | KSĦ |
| Reġistrazzjonijiet | ||||
| 11. | Art. 9 | Min iħaddem jiffalsifika r-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjuta li jipprovdi reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni | KSĦ | |
| 12. | Art. 9 | Is-sewwieqa impjegati/is-sewweiqa li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni | KSĦ | |
4. Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 96/53/KE (5) (Ir-regoli dwar il-piż u l-qies)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS | |
|---|---|---|---|---|
| Piżijiet | ||||
| 1. | Art. 1 | Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N | 5 % ≤ … < 10 % | KS |
| 2. | Art. 1 | Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N | 10 % ≤ … < 20 % | KSĦ |
| 3. | Art. 1 | Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N | 20 % ≤ … | KAS |
| 4. | Art. 1 | Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2 | 5 % ≤ … < 15 % | KS |
| 5. | Art. 1 | Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2 | 15 % ≤ … < 25 % | KSĦ |
| 6. | Art. 1 | Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2 | 25 % ≤ … | KAS |
| Tulijiet: | ||||
| 7. | Art. 1 | Jinqabeż it-tul massimu permissibbli | 2 % < … < 20 % | KS |
| 8. | Art. 1 | Jinqabeż it-tul massimu permissibbli | 20 % ≤ … | KSĦ |
| Wisa' | ||||
| 9. | Art. 1 | Jinqabeż il-wisa' massima permissibbli | 2,65 ≤ … < 3,10 metri | KS |
| 10. | Art. 1 | Jinqabeż il-wisa' massima permissibbli | 3,10 metri ≤ … | KSĦ |
5. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (It-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali) u d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (Spezzjoni teknika waqt it-traġitt)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| Affidabilità stradali | |||
| 1. | Artikoli 8 u 10 tad-Direttiva 2014/45/KE u l-Art. 7.1 tad-Direttiva 2014/47/UE | Sewqan mingħajr prova valida ta' testijiet b'suċċes tal-affidabilità stradali, kif meħtieġ mil-liġi tal-UE | KAS |
| 2. | L-Art. 12.2 tad-Direttiva 2014/47/UE | Li vettura ma tinżammx f'kundizzjoni tajba ta' sikurezza u ta' affidabilità li mbagħad tirriżulta f'difett serju ħafna fis-sistema tal-brejkijiet, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/tajers, is-sospensjoni jew xażi jew tagħmir ieħor li joħloq tali riskju immedjat għas-sikurezza fit-triq li jwassal għal deċiżjoni ta' immobilizzazzjoni tal-vettura | KAS |
6. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE (8) (L-apparat li jillimita l-veloċità)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| 1. | Artikoli 2 u 3 | L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar | KAS |
| 2. | Art. 5 | L-apparat li jillimita l-veloċità ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli | KSĦ |
| 3. | Art. 5 | L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar minn workshop approvat | KS |
| 4. | L-użu ta' apparat frodulenti li jkun kapaċi jiffalsifika d-dejta tal-apparat li jillimita l-veloċità jew l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità frodulenti | KAS |
7. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (Il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| Taħriġ u liċenzja | |||
| 1. | Art. 3 | Il-ġarr ta' merkanzija jew ta' passiġġieri mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju | KSĦ |
| 2. | Art. 10 u l-Anness II | Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta karta ta' kwalifikazzjoni valida jew il-liċenzja tas-sewqan bl-indikazzjonjiet, kif meħtieġ bil-liġi nazzjonali (pereżempju: mitlufa, minsija, danneġġati, mhux leġibbli) | KS |
8. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (Ir-rekwiżiti tal-liċenzji tas-sewqan)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| 1. | Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2006/126/KE | Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan valida | KAS |
| 2. | Art. 1 Anness I | L-użu ta' liċenzja tas-sewqan li hija danneġġata jew li ma tistax tinqara jew li mhijiex konformi ma' mudell komuni | KS |
9. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill (11) (It-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| 1. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | It-trasport ta' oġġetti perikolużi li huma pprojbiti għat-trasport | KAS |
| 2. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'mezzi ta' konteniment li huma pprojbiti jew mhux approvati, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura | KAS |
| 3. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | It-trasport ta' oġġetti perikolużi mingħajr l-identifikazzjoni tagħhom fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura | KAS |
| 4. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Likiġ ta' sustanzi perikolużi | KSĦ |
| 5. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-ġarr ta' volumi f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz | KSĦ |
| 6. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-ġarr f'vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta' approvazzjoni | KSĦ |
| 7. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat; | KSĦ |
| 8. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija | KSĦ |
| 9. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta' pakketti | KSĦ |
| 10. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Id-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f'unità waħda tat-trasport ma jkunux ġew osservati, inklużi livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti; | KSĦ |
| 11. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Nuqqas ta' informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-grad ta' serjetà tal-offiża (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni, korretta tal-ispeditur, il-grupp tal-ippakkjar) | KSĦ |
| 12. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta' taħriġ vokazzjonali validu | KSĦ |
| 13. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Qed jintuża nar jew dawl mhux protett | KSĦ |
| 14. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata. | KSĦ |
| 15. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-vettura mhijiex taħt superviżjoni jew mhix ipparkjata b'mod tajjeb | KS |
| 16. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed | KS |
| 17. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat | KS |
| 18. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-vettura mhux qed iġġorr tagħmir operattiv għat-tifi tan-nar kif meħtieġ | KS |
| 19. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub | KS |
| 20. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Qed jinġarru pakketti b'ippakkjar danneġġat, IBCs jew ippakkjar kbir jew danneġġat, mhux imnaddaf u vojt | KS |
| 21. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz | KS |
| 22. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | It-tankijiet/kontejners tat-tankijiet (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew | KS |
| 23. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti fuq il-vettura u/jew ta' trażżin | KS |
| 24. | L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE | Ma hemmx struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr | KS |
10. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (L-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| Liċenzja Komunitarja | |||
| 1. | Art. 3 | It-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.) | KAS |
| 2. | Art. 4 | L-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri: Liċenzja Komunitarja jew kopja attestata awtentika tal-liċenzja Komunitarja mitlufin, minsijin, danneġġati, eċċ.) | KSĦ |
| Attestazzjoni tas-sewwieq | |||
| 3. | Art. 3 u 5 | Il-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata; irtirata, skaduta eċċ.) | KSĦ |
| 4. | Art. 3 u 5 | Ma jkunx possibbli għas-sewwieq jew għall-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, li jippreżentaw ċertifikat tas-sewwieq validu jew kopja attestata valida taċ-ċertifikat tas-sewwieq lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri ċertifikat tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika taċ-ċertifikat tas-sewwieq mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.) | KS |
11. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (L-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u tax-xarabank)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| Liċenzja Komunitarja | |||
| 1. | Art. 4 | Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan Komunitarja valida l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.) | KAS |
| 2. | Art. 4.3 | Ma jkunx possibbli għat-trasportatur jew għas-sewwieq li jippreżenta liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri liċenzja tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.) | KSĦ |
| Awtorizzazzjoni għal servizzi regolari | |||
| 3. | Artikoli 5 u 6 | Servizzi regolari mingħajr awtorizzazzjoni valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.) | KSĦ |
| 4. | Art. 19 | Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta l-awtorizzazzjoni lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri awtorizzazzjoni mitlufa, minsija, danneġġata, ecc.) | KS |
| 5. | Artikoli 5 u 6 | Il-waqfiet f'servizzi regolari ta' Stat Membru ma jikkorrispondux għall-awtorizzazzjoni maħruġa | KS |
| Formola tal-vjaġġ għal servizzi okkażjonali u għal servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni | |||
| 6. | Art. 12 | Sewqan mingħajr formola tal-vjaġġ valida (jiġifieri l-ebda formola tal-vjaġġ jew formola tal-vjaġġ iffalsifikata jew li ma fihiex l-informazzjoni meħtieġa, eċċ.) | KS |
12. Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (16) (Il-ġarr tal-annimali)
| Nru | BAŻI ĠURIDIKA | TIPI TA' KSUR | KAS / KSĦ / KS |
|---|---|---|---|
| 1. | L-Anness I, il-Kapitolu II, | Id-diviżorji (partitions) mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż ta' annimali | KSĦ |
| 2. | L-Anness I, il-Kapitolu III, | L-użu ta' rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt li għandhom uċuħ li jiżolqu, bil-protezzjonijiet laterali nieqsa jew li huma weqfin wisq | KS |
| 3. | L-Anness I, il-Kapitolu III, | L-użu ta' pjattaformi ta' rfigħ jew ta' sulari ta' fuq li ma għandhomx ostakli tas-sikurezza li jżommu l-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt | KS |
| 4. | Art. 7 | Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta' annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati. | KS |
| 5. | Artikoli 4, 5 u 6 | It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ktieb tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur jew iċ-ċertifikat ta' kompetenza | KS |
ANNESS II — Frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur serju
Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-frekwenza li minnha l-ksur ripetut jibdel il-livell.
X'mhijiex din il-paġna
Hija tirriproduċi test ippubblikat, ma tissostitwihx. Il-klassifikazzjoni li tintuża waqt kontroll tappartjeni lill-awtorità li tikkontrolla: kull Stat japplika s-sanzjonijiet tiegħu, u l-istess qbiż jista' jiġi vvalutat mod ieħor skont iċ-ċirkostanzi.
Sors
Test sħiħ fuq EUR-Lex · CELEX 32016R0403
Tabelli meħuda mit-test uffiċjali u mbagħad imqabbla bejn it-tlieta u għoxrin verżjoni lingwistika: kull ringiela ġġorr fihom kollha l-istess livell ta' serjetà.
Li tkun taf il-limiti hu tajjeb. Li tarahom ġejjin hu aħjar.
TruckerMaster jaqra l-karta tax-xufier u t-takografu tiegħek, u jgħidlek fejn tinsab fir-rigward ta' dawn il-limiti — qabel ma taqbiżhom.
Ipprova TruckerMaster b'xejn